Anzjan iweġġa' wiċċu b'chaser

Il-każ seħħ f'garaxx fi Triq Tumas Dingli fil-Mosta

Anzjan sofra ġrieħi gravi f’wiċċu waqt li kien qed jagħmel xogħlijiet b’chaser.

Il-Pulizija kienet infurmata għall-ħabta ta’ nofsinhar li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq Tumas Dingli fil-Mosta.

L-anzjan li għandu 72 sena ttieħed minnufih l-Isptar Mater Dei.

Il-Pulizija għada qed tinvestiga l-każ.

More in Kronaka