Skemi finanzjarji ġodda li jinkoraġixxu l-użu ta' enerġija rinnovabbli

Il-Gvern iħabbar aktar skemi biex familji jnaqqsu l-konsum tal-enerġija

Dalgħodu waqt konferenza stampa, Il-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma Joe Mizzi  ħabbar skemi ġodda bl-għan li jitnaqas il- konsum tal-enerġija. Mizzi spjega li dawn l-iskemi se jkunu qed jgħinu wkoll lill-pajjiż fl-avvanz tiegħu biex jilħaq il-miri dwar il-politika tat-tibdil fil-klima.

Il-Ministru fakkar li kull Stat Membru tal-Unjoni Ewropea għandu jilħaq sehem ta’ enerġija rinovabbli fil-konsum finali sħiħ tal-enerġija sal-2020 u li Malta għandha l-mira tagħha ta’ 10%. Biex jilħaq dawn il-miri spjega l-Minsitru l-Gvern se juża diversi għodod fosthom tariffi Feed-In għal sistemi fotovoltajiċi sa 1 MWp u għotjiet biex jiffavorixxi l-installazzjoni ta’ sistemi fotovoltajiċi domestiċi. 

Dawn l-inizjattivi jikkonsistu f’żieda fl-għotjiet u inċentivi oħra fuq skemi għal użu domestiku, fosthom għal solar water heaters u għal heat pumps li jservu ta’ water heaters.

Intant, il-Ministru ħabbar li min-nhar it-Tnejn, 7 ta’ Mejju 2018, l-għotja massima fuq dawn iż-żewġ skemi fejn wieħed kien jibbenifika b’40% roħs, issa ser jibbenifika b’50% u minn massimu ta’ €400 jiżdied għal massimu ta’ €700.

Fl-iskema tar-roof insulation fejn wieħed kien jibbenefika bi 15.25%, issa żdiedet għal 50% roħs u l-għotja sa massimu ta’ €350 għal djar li nbnew wara l-2016, filwaqt li għal dawk li nbnew qabel l-2016 ser ikun hemm għotja sa massimu ta’ €1,000. Fl-iskema tad-double glazing ser tiġi wkoll inkluża l-ispiża tal-frames b’għotja sa massimu ta’ €1,000. Filwaqt li il-Gvern se jkun qed jissussidja heat pumps li jistgħu jintużaw fid-djar minflokk il-water heater, bil-vantaġġ li huma aktar effiċjenti u jikkunsmaw anqas elettriku.

Il-Kap Eżekuttiv tar-REWS Marjohn Abela qal dawn l-iskemi qed jiġu amministrati mir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma, li ser ikun qiegħed jilqa’ u jipproċessa l-applikazzjonijiet magħmula.Biex jitħaffef il-ħin tal-applikazzjonijiet u jitnaqqas l-inkonvenjent, ser ikun introdott software ġdid li permezz tiegħu wieħed jista’ japplika online. L-applikazzjonijiet jistgħu jsiru online billi wieħed jidħol fil-website tar-Regolatur u japplika 

More in Kronaka