Żagħżugħ qed isofri ġrieħi gravi wara li inċident bejn mutur u karozza misjuqa minn sewwieq ieħor żagħżugħ ta' 19 -il sena.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-siegħa u nofs, meta l-Pulizija kienet infurmata li kien hemm ħabta fil-bypass tal-Ħamrun fid-direzzjoni lejn il-Marsa.
Iż-żgħażugħ ta' 26 sena li huwa residenti f'Ħal Kirkop ittieħed l-Isptar Mater Dei biex jingħata l-kura meħtieġa fejn hemmhekk ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi, bis-sewwieq l-ieħor, tfajla ta' 19 -il sena mill-Mosta ma sofriet l-ebda ġrieħi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin