Il-każ seħħ ftit wara nofsinhar fi Triq Alfred Craig
Seba' persuni ddaħħlu l-isptar wara nirien fi blokka f'Tal-Pietà.
Kelliema għall-Pulizija kkonfermat li n-nirien ma kinux f'residenza imma x'aktarx f'uffiċini.
Il-każ seħħ ftit wara nofsinhar fi Triq Alfred Craig.
Jidher li l-persuni li ddaħħlu l-isptar belgħu xi dħaħen, iżda l-kundizzjoni tagħhom għadha mhux magħrufa.