Ftit tal-ħin ilu, karozza tal-linja ħadet in-nar fi Triq il-Mosta f'San Pawl il-Baħar.
Jidher li l-karozza tal-linja kienet għaddejja bil-vjaġġ tagħha meta x-xufier induna li żviluppa nirien fuq il-karozza.
Ix-xufier niżżel lill-passiġġiera u pprova jikkontrolla n-nirien b’fire extinguisher iżda n-nirien inferxu malajr.
Ħadd mill-passiġġiera ma weġġa’ għalkemm ix-xufier qed jingħata l-għajnuna minħabba x-xokk li sofra.
Fuq il-post issejħu l-protezzjoni ċivili li kkontrollaw in-nirien f'ħin qasir.
Ir-rotor kollha li jgħaddu minn din it-triq qed jgħaddu minn toroq alternattivi.
Il-binja li quddiemha ħadet in-nar tal-linja ilha żmien mibnija imma qatt ma ntużat.