Aġġornata: Jirritorna għan-normal is-servizz tal-Gozo Channel wara theddida ta' bomba

Bħalissa l-operat huwa wieqaf u l-vapuri evakwati

Is-servizz tal-Gozo Channel reġa' lura għan-normal wara li aktar kmieni llum kien hemm theddida anonima ta' bomba fuq wieħed mill-vapuri tal-kumpanija.

L-operat dam wieqaf għal madwar tliet sigħat u nofs.

Peress li t-theddida ma saritx fuq l-ebda vapur partikolari, iż-żewġ vapuri li kienu qed jaħdmu kellhom jiġu evakwati u saret it-tfittxija fuqhom.

Fi stqarrija, il-Ministeru għal Għawdex saħaq li mhux se jittollera li aġir bħal dan ifixkel il-ħidma ta’ din il-kumpanija b’risq il-ġid ta’ Għawdex u l-Għawdxin.

Mmembri tal-Forzi Armati ta’ Malta mit-taqsima tal-isplussivi wettqu t-tfittxija abbord il-vapuri

F'Malta nġabar kju twil għall-vapur li skont rapporti, f'xi waqtieq, kien ilaħħaq sakemm il-lukanda li hemm qabel it-terminal.

 

More in Kronaka