Raġel bi ġrieħi serji wara li tilef il-kontroll tal-mutur

Il-każ seħħ kmieni dalgħodu, għall-ħabta tal-erbgħa neqsin għoxrin fi Vjal l-Avjazzjoni, il-Gudja

Raġel qed isofri minn ġrieħi serji wara li għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-mutur.

Il-każ seħħ kmieni dalgħodu, għall-ħabta tal-erbgħa neqsin għoxrin fi Vjal l-Avjazzjoni, il-Gudja.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li raġel ta’ 43 sena, residenti Marsaxlokk, tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq u waqa’.

Il-mutur kien qed jinstaq fid-direzzjoni lejn Ħal Far meta seħħ l-inċident.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq Mater Dei għall-kura.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejja

More in Kronaka