Żewġ persuni li kienu passiġġiera f’karozza qed isofru minn ġrieħi gravi wara inċident tat-traffiku li seħħ ilbieraħ filgħaxija f’San Ġwann.
Mill-ewwel informazzjoni jidher li seħħet ħabta bejn żewġ karozzi, misjuqa minn Tork ta’ 37 sena residenti Ħal Qormi u raġel ta’ 53 sena mill-Imqabba.
Ma’ dan tal-aħħar kien hemm ukoll żewġ passiġġiera, mara ta’ 43 sena u żagħżugħ ta’ 15-il sena, it-tnejn residenti l-Imqabba, li weġġgħu mal-impatt.
Fuq il-post issejħu l-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex jassistu lill-mara li kienet maqbuda fil-vettura.
Iż-żewġ passiġġiera ttieħdu Mater Dei, permezz ta’ ambulanza. Is-sewwieqa ama sofrew l-ebda ġrieħi.