Fil-Qorti raġel ta' 27 sena mill-Eritreja wieġeb mhux ħati li stupra mara Franċiża f'Paceville il-lejl li għadda.
L-Ispettur tal-Pulizija Nikolai Sant akkużah "bi stupru, li żammha kontra r-rieda tagħha, li kkawżalha ġrieħi ħfief u li kien riċediv hekk kif aktar kmieni dan ix-xahar ingħata sentenza separata fuq pusses ta' droga kannabis.
Ir-raġel inqabad wara li l-pulizija sabet lill-mara tibki f'parkeġġ biswit iż-żona magħrufa bħala tal-Axis. Hija tat lill-pulizija deskrizzjoni tal-akkużat u qalet ukoll li kienet giddmitlu idu biex tiddefendi ruħha. L-akkużat instab ftit wara u prova jaħrab mill-pulizija fejn iktar tard ġie arrestat.
Ir-raġel deher quddiem il-maġistrat Charmaine Galea.