Ippruvaw jisirqu pulizija 'undercover' f'mumenti qabel inqabdu

Grupp ta' pickpockets jinqabdu fil-fatt u akkużati b'serq ta' kartiera u card tal-bank...

Serqu u reġgħu pruvaw jisirqu...sakemm inqabdu
Serqu u reġgħu pruvaw jisirqu...sakemm inqabdu

Grupp ta' Rumeni kienu arrestati wara li ammettew illi serqu oġġetti ta' mara f'Marsaxlokk aktar kmieni din il-ġimgħa. Il-grupp huwa iffurmat minn tliet persuni, li ġew arrestati lkoll. 

Marian Tenescu ta' 37 sena, Theodor Dumitrescu, 51 u Vasilica-Ionel Harabagiu 36, lkoll minn Bucharest dehru quddiem il-Maġistrat Gabriella Vella dalgħodu u tressqu mill-Ispetturi Daryl Borg u Jeffrey Scicluna. 

It-tlieta kienu akkużati b'serq ta' kartiera li kellha fiha flus kontanti, dokumenti u oġġetti oħrajn ta' valur mingħand il-mara u wara ppruvaw jiġbdu l-flus bl-użu tal-credit card. Dumitrescu waħdu kien akkużat ukoll b'reċidiviżmu. 

Huma kienu identifikati minn kamera CCTV meta xi ħadd kien qed jipprova juża l-card biex jiġbed il-flus.

Pulizija pajżana kienu mbagħad raw lis-suspettati u segwuhom sa Marsaxlokk fejn rawhom jippruvaw jisirqu numru ta' nies, inkluż uffiċjal tal-pulizija undercover.

Malli l-uffiċjali ħadu l-ewwel azzjoni, wieħed mill-akkużati prova jaħrab, biex imbagħad inqabad ftit il-bogħod f'Marsaxlokk stess. 

L-Avukati Alfred Abela, Marisa Mifsud u Lennox Vella dehru għall-akkużati u wieġbu 'ħatja'. 

Il-Maġistrat tat sentenza ta' 5 xhur ħabs għal Tenescu u Harabagiu u 6 xhur lil Dumitrescu.

 

More in Kronaka