Kamra tan-nar fis-Salini tisplodi...persuna f'qagħda kritika
Splużjoni tħalli tlieta minn nies l-Isptar u oħrajn midruba
More in Kronaka
Splużjoni tħalli tlieta minn nies l-Isptar u oħrajn midruba
Għall-ħabta tat-2:15 p.m. seħħet splużjoni fl-akwati tas-Salini, fiż-żona magħrufa bħala Tal-Qadi. L-isplużjoni seħħet fil-kamra tan-nar tal-Għaqda Piroteknika 11 ta’ Frar ta’ San Ġwann. Huwa mifhum li fiha jsir xogħol għal kmamar tan-nar oħrajn ukoll.
L-isplużjoni kienet kbira tant li ntsemgħet minn ħafna bnadi speċjalment mil-lokalità ta' Buġibba, imma wkoll minn lokalitajiet oħrajn iktar 'il bogħod bħal Ħal Qormi.
S'issa jidher illi huma sebgħa dawk li kienu midrubin. Għall-ewwel l-indikazzjonijiet kienu illi kienu tnejn dawk li ddaħlu l-Isptar, għalkemm il-Pulizija iktar tard ikkonfermaw mas-sit illum.com.mt li fil-fatt kienu tlieta, hekk kif tnejn ittieħdu b'ambulanza u persuna oħra ttieħdet l-Isptar b'vettura privata.
Dawk li ttieħdu l-Isptar huma żewġt'irġiel u mara.
L-aħħar rapporti qed jgħidu li persuna minn dawn it-tlieta tinsab f'qagħda kritika. Numru ta' nies oħrajn ġarrbu ġrieħi ħfief. Frans Xuereb, il-President tal-Kumitat qal illi l-ħaddiema kienu qed jippreparaw in-nar għall-festa tal-Munxar, Għawdex.
Intant fuq il-post, apparti l-Pulizija mar il-Ministru tal-Intern u Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia kif ukoll il-kelliema tal-PN u kandidata fuq id-Distrett ta’ San Ġwann Kristy Debono.
Iktar informazzjoni u aġġornamenti malli jaslulna.