Colin Muscat, ir-raġel li ilbieraħ kien f'qagħda kritika sfotunatament tilef ħajtu iktar kmieni illum.
Colin miet fl-età ta' 36 sena u ilbieraħ kien wieħed mit-tliet persuni li ttieħdu l-Isptar wara li splodiet il-Kamra tan-Nar tal-Għaqda Piroteknika ta' San Ġwann.
Ħbieb ta' Colin u diversi għaqdiet tal-festi u tan-nar diġa bdew jitfgħu messaġġi ta' sogħba u ringrazzjament lil Colin, dilettant kbir tal-festi u speċjalment tal-logħob tan-nar.
Ħabib partikolari semma l-aħħar darba li fil-fatt ra lil Colin, il-Birgu; "Kemm hadt pjaċir magħna nhar il-Ġimgħa l-Birgu...avolja tajnik battikata! Kemm kellek pjanijiet għall-festa li jmiss! Kemm kellimtni fuq il-ħarqiet kbar l-ghandek biex niġi narahom ħa niġbed il-videos! U tlabtni ngħinek biex nibda ngħallmek teditja xi video! Imma s'hawn kellu jkun!! 💔💔 Kemm bdejt tirrabjani tgħaddili mill-video fl-aħħar diska waqt li bdejt iżżarma! 🙂 Qbadtek naqra zghira f'dan ir-ritratt! Strieħ fis-sliem Colin u grazzi ta' kollox!"