Żagħżugħ jinstab mejjet f'St Peter's Pool

Iż-żagħżugħ Spanjol kien irrappurtat nieqes ilbieraħ filgħaxija

Żagħżugħ Spanjol ta' 17-il sena nstab mejjet dalgħodu fil-bajja ta' St Peter's Pool f'Delimara.

Kelliema għall-Pulizija kkonfermat mas-sit illum.com.mt li ż-żagħżugħ kien irrappurtat nieqes ilbieraħ filgħaxija u dlonk bdew it-tfittxijiet għalih.

Dawn kellhom jieqfu tard ilbieraħ filgħaxija u komplew dalgħodu. 

Kien għall-ħabta tas-7:30am li l-Forzi Armati ta' Malta infurmaw lill-Pulizija li kien hemm katavru f'qiegħ il-baħar.

Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili tellgħu liż-żagħżugħ li mill-ewwel kien identifikat.

Dwar dan infetħet inkjesta maġisterjali

More in Kronaka