Anzjana ta' 72 sena instabet mill-Pulizija mixħuta mal-art wara li allegatament intlaqtet minn żiemel waqt it-tiġrijiet.
Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tat-tmienja ta' filgħaxija fi Triq ir-Repubblika, ir-Rabat, Għawdex.
L-anzjana, residenti r-Rabat stess, ittieħdet l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex fejn aktar tard ġiet iċċertifikata li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejja.