Aġġorata | Erġajna! Salvini jrid lil Malta tieħu dgħajsa b'450 immigrant

Dgħajsa oħra b'450 immigrant...Salvini jgħid li tinsab fl-ibħra Maltin u allura responsabilità tagħna

Matteo Salvini
Matteo Salvini

Erġajna! Wara ġimgħa pjuttost kwieta, l-Ministru tal-Intern Taljan Matteo Salvini ddikjara fuq Facebook li hemm dgħajsa b'450 immigrant li għandha tkun Malta li teħodhom. Salvini sostna illi din id-dgħajsa tinsab fl-ibħra Maltin u allura għandu jkun pajjiżna li jdaħħal lil dawn l-immigranti fil-port. 

Fi tweet huwa qal li Malta u t-traffikanti u d-dinja kollha se tkun taf li din id-dgħajsa mhix se tidħol fil-portijiet Taljani. Wiegħed li se jkompli jżomm kelmtu fuq din il-kwistjoni. Intant mill-aħħar informazzjoni jidher li d-dgħajsa issa tinsab fiż-żona ta' Tiftix u Salvataġġ (SAR) tal-Italja, u qed tbaħħar lejn Lampedusa. 

Intant fi stqarrija l-Ministeru Malti tal-Intern sostna illi d-dgħajsa kienet 53 mil nawtiku minn Lampedusa u 110 mil nawtiku minn Malta. "Meta kkuntatjajna n-nies fuq id-dgħajsa dawn infurmaw lill-Gvern Malti li l-intenzjoni tagħhom kienet li jmorru Lampedusa."

 

More in Kronaka