Illum għall-ħabta tas-1:00 pm, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha ġewwa il-bajja ta’ Blue Lagoon f’Kemuna.
Il-Pulizija marru minnufih fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari illi sar, ir riżulta li raġel, mill- Portugal ta’ 41 sena, sab ruħhu f’diffikulta waqt li kien qed jgħum. Ir-raġel ittella’ l-art u ngħata l- ewwel għajnuna mill-membri ta’ l-Emergency Response and Rescue Corps u ttieħed l-isptar Ġenerali ta’ Għawdex għall-kura meħtieġa. Sfortunatament, aktar tard huwa ġie ċċertifikat mejjet.
Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr P. Coppini LL.D li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata.
Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjoni tagħha dwar dan il-każ.
Taqsima Relazzjonijiet mal-Komunità u l-Istampa,