Il-BOV jitlef appell kontra mandat kawtelatorju ta' €363 miljun

13,000 persuna Taljana jgħidu li tilfu dak kollu li kienu faddlu meta Deiulemar Shiping Group falliet

Il-Bank of Valletta (BOV) tilef appell kontra mandat kawtelatorju dwar €363 miljun li kienu nżammu minn Qorti Taljana f'Ġunju li għadda. 

Kienu l-likwidaturi ta' Deiulemar Shipping Group u rappreżentanti ta' 13,000 persuna Taljana, li kellhom ishma fil-kumpanija u li sostnew illi tilfu dak li kienu faddlu, li bdew il-każ kontra l-BOV.

Dawn kienu insistew illi it-€363 miljun jinsabu fi trust tal-BOV, tas-sidien tal-istess kumpanija li falliet fl-2012 wara telf ta' €800 miljun. 

 

More in Kronaka