Raġel qed jinżamm arrestat wara li allegatament qatel żewġ anzjani b'daqqiet ta' sikkina f'residenza fil-Għargħur.
Skont rapporti, l-anzjani li nqatlu huma l-omm u z-zija tal-akkużat.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-6:00am, fi Triq Fidiel Zarb biż-żewġ anzjani jinstabu feruti fil-washroom tar-residenza.
Waħda mill-anzjani, li kellha 71 sena ttieħdet immedjatament l-isptar għall-kura, fejn kienet iċċertifikata li tinsab fil-periklu tal-mewt. Din l-istess anzjana tilfet ħajjitha ftit wara.
L-anzjana l-oħra, li kellha 74 sena, kienet iċċertifikat mejta fuq il-post.
Jidher, li meta r-raġel ta' 42 sena, instab mill-Pulizija, huwa kien mimli d-demm u ma wera l-ebda reżistenza għall-arrest.
Dwar il-każ infetħet Inkjesta Maġisterjali.