Erba' persuni weġġgħu fi ġlieda li nqalgħet ilbieraħ filgħaxija fi Triq ix-Xatt f'Tas-Sliema.
Il-każ seħħ għall-ħabta tat-tmienja neqsin kwart meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm ġlieda bejn għadd ta' persuni.
Il-ġlieda nqalgħet bejn tliet żgħażagħ ta' 26, 27 u 29 sena u mara ta' 48 sena. L-erba' persuni huma Żvediżi residenti Ħal Qormi.
Il-persuni l-oħra nvoluti fil-ġlieda għadhom mhux magħrufa.
It-tliet ġuvintur qed isofru minn ġrieħi gravi filwaqt li l-mara sofriet biss ġrieħi ħfief.
L-investigazzjoni tal-Plizija għadha mhux magħrufa.