Erba' persuni ddaħħlu l-isptar isofri minn ġrieħi wara ġlieda li nqalgħet bejn seba' persuni f'Misraħ Santa Margerita f'Bormla.
Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-10:30pm.
Ambulanza kellha tissejjaħ fuq il-post u ħadet żewġt irġiel ta' 37 sena u 17-il sena, it-tnejn minn bormla l-Isptar fejn ġew iċċertifikati li qed isofru minn ġrieħi ħfief.
Mara ta' 43 sena u żagħżugħ ta' 16-il sena, ukoll minn Bormla, ittieħdu fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana fejn il-mara ġiet iċċertifikata li qed isofri minn ġrieħi ħfief filwaqt li ż-żagħżugħ sofra ġrieħi gravi.
Il-Pulizija elevat żewġt iskieken u lembuba li x'aktarx intużaw waqt l-argument.