Żewġt'irġiel ingħataw sentenza sospiża b'konnessjoni ma' inċident ta' swat f'Paceville wara li nnegozjaw ftehim li kien milħuq bejn l-Avukat Ġenerali u d-difiża.
Iż-żewġ bouncers, wieħed Kroat u ieħor Rumen, kienu akkużati illi weġġħu żgħażagħ Maltin. Nicholas Aquilina mill-Marsa sofra minn ġrieħi gravi filwaqt li sieħbu, Larkin Stafrace sofra minn ġrieħi ħfief.
Minkejja li għall-ewwel kienu wieġbu li mhumiex ħatja, l-irġiel aċċettaw il-ħtija biex setgħu jidħlu f'arranġament, illi permez tiegħu jieħdu sentenza inqas iebsa.
Wieħed mill-irġiel ingħata sentenza ta' sentejn ħabs sospiżi għal erba' snin, filwaqt li l-persuna l-oħra ingħatat sentenza ta' 22 xahar ħabs sospiżi għal erba' snin ukoll.