Turist Franċiż deher quddiem il-Qorti wara li allegatament ta' daqqa bi flixkun imkisser lil raġel Malti wara li dan ħabat miegħu.
Iż-żgħażugħ ta' 24 sena minn Lyon kien fis-sakra waqt il-ġlieda, li ġrat fit-taraġ ta' Santa Rita f'Paceville, ilbieraħ.
Il-Franċiż kien akkużat li weġġa lill-vittma u kkawżalu ġrieħi gravi u li kien fis-sakra u li kiser il-paċi pubblika. L-akkużat, illi huwa student, l-ewwel ta' daqqa ta' ponn lill-Malti, biex imbagħad kisser flixkun u tah daqqa bih.
Il-Franċiż kien ilu Malta, tliet'ijiem f'vaganza ta' tliet ġimgħat.
I-Qorti m'aċċettatx it-talba għal ħelsien mill-arrest.