Erba' persuni weġġgħu u ddaħħlu l-isptar Mater Dei wara ħabta li seħħet ilbieraħ fil-Mosta.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-għaxra fi Triq il-Fortizza.
Mill-ewwel informazzjoni jirriżulta li seħħet ħabta bejn karozza misjuqa minn żagħżugħa ta' 21 sena min-Naxxar u vettura misjuqa minn Amerikana ta' 66 sena residenti Tas-Sliema.
Mal-Amerikana kien hemm passiġġiera żewġ anzjani oħra. Mara ta' 64 sena minn Tas-Sliema u anzjana ta' 85 sena min-Naxxar.
Fuq il-post kellhom jissejħu l-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili biex joħorġu lill-persuni mill-vetturi.
Aktar tard, iż-żewġ sewwieqa ġew iċċertifikati li qed isofru minn ġrieħi ħfief filwaqt li ż-żewġ passiġġiera qed isofru minn ġrieħi gravi.