Għall-ħabta tas-5:50 pm seħħet ħabta bejn karozza tat-tip Alfa Romeo Jiulietta u trakk. Dan l-inċident seħħ fit-Telgħa t'Alla u Ommu, limiti tan-Naxxar.
Iż-żewġ sewwieqa, raġel ta' 36 sena li kien qed isuq il-karozza u raġel ta' 55 sena li kien qed isuq it-trakk, ma sofrewx ġrieħi.
Sfortunatament, tliet passiġġieri li kienu fuq wara tal-karozza kellhom jittieħdu l-isptar. It-tliet passiġġieri kienu żewġ nisa, waħda ta' 27 sena u l-oħra ta' 26 sena, u tifla ta' sitt snin.
Albert Gauci Cunningham, 38 sena, ġie appuntat Editur tal-gazzetta ILLUM u tas-sit illum....