Filmat | Aktar vittmi taħt it-tifrik f'Genoa; Jitilgħu għal 35 il-persuna mejta
Operazzjoni sħiħa wara inċident traġiku fil-belt ta' Genoa
More in Kronaka
Operazzjoni sħiħa wara inċident traġiku fil-belt ta' Genoa
Minn tal-inqas 35 persuna, fosthom tifel żgħir tilfu ħajjithom wara li pont li kien jagħmel parti minn triq arterjali waqa', fil-belt ta' Genoa.
Il-Ministru tat-Trasport Danilo Toninelli iddeskriva dan l-inċident bħala 'traġedja kbira ħafna', filwaqt li l-Viċi Prim Ministru Taljan Matteo Salvini rringrazzja lil madwar 500 pumpier li qegħdin jaħdmu "biex isalvaw il-ħajjiet" u jfittxu qalb it-tifrik.
Sto seguendo con la massima apprensione ciò che è accaduto a #Genova e che si profila come immane tragedia. Siamo in stretto contatto con Autostrade e stiamo andando sul luogo con il viceministro Rixi. La mia totale vicinanza in queste ore alla città
— Danilo Toninelli (@DaniloToninelli) August 14, 2018
#14agosto il video del crollo di #PonteMorandi a #Genova Polcevera Morandi@VAIstradeanas @DPCgov @emergenzavvf @Viminale @ComunediGenova @StradeAnas pic.twitter.com/9viaWCfAcu
— Polizia di Stato (@poliziadistato) 14 August 2018
Persuni li kienu fuq il-post u li tkellmu ma' midja Taljana qalu li ftit qabel waqa' l-pont, raw sajjetta tolqtu.
Jidher ukoll li fuq il-pont kien għaddej xogħol ta' manutenzjoni , iżda r-riħ qawwi tal-aħħar jiem għamilha diffiċli għall-ħaddiema biex jwettqu xogħolhom.
Intant, apparti dawk li tilfu ħajjthom, hemm madwar 13-il persuna oħra li weġġgħu.