Żagħżugħa qed issofri minn ġrieħi gravi wara li qalgħet daqqa ta' oġġett iebes waqt li kienet involuta fi ġlieda bejn żewġt irġiel.
Il-każ seħħ matul il-lejl li għadda fi Sqaq l-Ajkla fil-Marsa għall-ħabta tas-1:00am
Mill-ewwel informazzjoni jidher li qam argument bejn żewġt irġiel ta' 30 u 33 sena u li fih kienet involuta wkoll iż-żagħżugħa ta' 25 sena.
Għal xi raġuni, ir-raġel ta' 30 sena ta d-daqqa liż-żagħżugħa.
It-tliet persuni huma mill-Eritrea.
Iż-żagħżugħa ttieħdet immedjatament Mater Dei għall-kura u l-Pulizija għadha qed tinvestiga.