Ara | Filmati ġodda tal-mument li fih ċeda l-pont ta' Genova
Din it-traġedja ħalliet xejn inqas minn 42 persuna mejta u għexieren oħra midruba
More in Kronaka
Din it-traġedja ħalliet xejn inqas minn 42 persuna mejta u għexieren oħra midruba
Filmati ġodda ppubblikati llum juru l-mument eżatt li fih ċeda l-pont ta' Genova u li ħalla għexieren ta' persuni mejta.
Il-filmati miġbuda minn kameras tas-sigurtà juru s-sewwieqa għaddejin minn taħt il-pont, kemm dawk li ħelsuha bi żbrixx u anke dawk li spiċċaw mirduma taħt it-terrapien, uħud minnhom bla ħajja.
Intant, ilbieraħ sar il-funeral statali ta' 19-il vittma filwaqt li l-familja tal-23 vittma l-oħra għażlu li jorganizzaw funeral privat.
Matul il-funeral spikka l-applaws kbir li ngħataw il-ħaddiema tal-protezzjoni ċivili li qattgħu jiem sħaħ ifittxu fit-terrappin u jtellgħu vittmi bla ħajja u oħrajn li l-ħajja tagħhom għadha sal-lum mhedda.
Il-funeral tmexxa mill-Kardinal Angelo Bagnasco jgħid li kwalunkwe kelma ta' kuraġġ li tista' tingħad u kwalunkwe ġustizzja li tista' ssir ma tista' qatt tħassar qatt il-qsim il-qalb li ġarrbet Ġenova kollha.
Apparti dawk li tilfu ħajjithom, għexieren oħra kellhom jiġu evakwati minn djarhom minħabba li l-bini li kienu jgħixu fih u li kien kważi kważi jmiss mal-pont, ġarrab ħsarat strutturali.