Żagħżugħ ta' 25 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ħabat mal-barrikati tal-ġebel li hemm bħalissa fi Triq Aldo Moro.
L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tal-erbgħa u nofs fil-karreġġjati li jagħtu għall-Belt Valletta.
Jidher li ż-żagħżugħ tilef il-kontroll tal-vettura u baqa' dieħel f'dawn il-barrikati li qed jintużaw biex jidderieġu t-traffiku minħabba x-xogħlijiet marbuta mal-junction tal-Marsa.
Huwa ttieħed immedjatament Mater Dei.