Erba' persuni weġġgħu wara li kienu involuti f'inċident tat-traffiku bejn tliet karozzi fi Triq San Anard f'Ħal Tarxien.
Il-każ seħħ ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tad-disgħa, meta vettura misjuqa minn żagħżugħ ta' 20 sena, oħra misjuqa minn żagħżugħ ta' 22 sena u karozza misjuqa minn raġel ta' 61 sena, ħabtu flimkien.
Maż-żagħżugħ ta' 20 sena kien hemm tfajla ta' 16-il sena u mar-raġel ta' 61 sena kien hemm mara li wkoll għandha 61.
Iż-żagħżugħ ta' 20 sena, it-tfajla ta' 16 u l-koppja ta' 61 sena, iddaħħlu l-isptar għall-kura fejn irriżulta li ż-żewġ xufiera weġġgħu ħafif iżda żewġ passiġġiera soffrew minn ġrieħi gravi.