Il-gazzetta Taljana Avvenire ppubblikat ritratti xokkanti ta' dak li jidher illi huwa abbuż sfaċċat li għaddej fil-Libja fil-konfront tal-immigranti, kwistjoni illi l-gazzetta ILLUM rrappurtat dwarha ftit ġimgħat ilu meta kienet żvelat kif xi immigranti saħansitra qed jintalbu jġorru droga għal ġol-Libja.
Ritratti juru irġiel Afrikani msawwtin bil-frosta, umiljati, ittorturati jew saħansitra mdendlin rashom l-isfel. Filmati ta' dan l-allegat abbuż ingħataw lill-Papa Franġisku.
La Repubblica tgħid illi l-Ministru tal-Intern Taljan Matteo Salvini qed ikun "rasu iebsa" meta jinsisti li l-Libja hija port sigur.
Intant fi stqarrija n-Nazzjonijiet Uniti (UN) qalu illi l-immigranti Aftikani li ma tħallewx jidħlu l-Italja l-ġimgħa l-oħra kienu ilhom jinżammu minn traffikanti għa kważi sentejn fil-Libja u "kienu msawtin, ittorturati u stuprati."