Kaos f'Londra wara li jinstabu pakketti suspettużi

Partijiet miż-żona ta' Canary Wharf ingħalqu...imma ma rriżulta xejn

Canary Wharf, Londra
Canary Wharf, Londra

Canary Wharf inbidlet f'kaos hekk kif ilbieraħ filgħaxija kienet għaddejja investigazzjoni fuq xi pakketti suspettużi li instabu qrib id-daħla tal-istazzjon tas-South Quay DLR.  Iktar tard irriżulta li ma kien hemm xejn fil-pakketti.

Partijiet miż-żona kienu magħluqin b'nies maqbudin fl-uffiċċji fejn jaħdmu. 

Canary Wharf hija żona b'ħafna bini għoli, ħafna minnu magħmul minn uffiċċini. B'hekk f'din iż-żona hemm konċentrazzjoni qawwija ta' ħaddiema. 

 

 

More in Kronaka