L-aggressur kien arrestat fuq il-post
Żagħżuħ qed isofri minn ġriei gravi f'rasu wara li kien involut f'argument ma' raġel ieħor f'San Ġiljan.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-1:30am fi Triq Spinola.
Allegatament, iż-żagħżugħ li għandu 22 sena u huwa Somalu qala' daqqa ta' oġġett iebes f'rasu.
L-allegat aggressur, barrani wkoll, ġie arrestat u qed ikun mistħarreġ.