Ir-residenza tinsab fi Triq il-Kappillan Mifsud
Żewġ anzjani ttieħdu l-isptar wara nirien li ħakmu residenza tagħhom f'Santa Venera.
Il-każ seħħ ftit tal-ħin ilu fi Triq il-Kappillan Mifsud.
Kelliem għall-Pulizija qal mal-illum.com.mt li l-anzjani ttieħdu l-isptar wara li belgħu xi dħaħen.
Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili kkontrollaw in-nirien f'qasir żmien.