Kmieni dalgħodu għall-ħabta tan-00:30 am, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza ġo stabbiliment fi Triq il-Wied, Birkirkara.
Il-Pulizija marru minnufih fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li mara kienet allegatament daħlet ġo l-istabbiliment, fejn bdiet tipponta jdejha, li kienet imgeżwra f’xugaman u talbet il-flus lill-kaxxiera, tfajla ta’ 18-il sena.
Il-mara ħarbet minn fuq il-post wara li serqet ammont ta’ flus kontanti.
Ġo l-imsemmi ħanut fil-ħin tas-serqa, kien hemm impjegati oħra iżda b’xorti tajba ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċidenti,
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija fuq dan il-każ għadhom għaddejjin.