L-inċident seħħ ġo fabbrika fiż-żona industrijali ta' Bulebel
Raġel weġġa' waqt li kien qiegħed iħott xi xogħol minn fuq trailer ġewwa fabbrika fiż-żona industrijali ta' Bulebel.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1:45pm.
Ir-raġel li għandu 31 sena, residenti x-Xgħajra, ittieħed immedjatament Mater Dei fejn kien iċċertifikat li qed isofri ġrieħi gravi.