Tfittxija għal 'splussiv' taħt karozza f'Birkirkara

It-tfittxija tinsab għaddejja bħalissa fi Triq  il-Qasab

Kelliem għall-Pulizija kkonferma mas-sit illum.com.mt li għaddejja tfittxija dwar 'splussiv' li jista' jkun hemm taħt karozza jew karozzi f'Birkirkara.

Huwa spjega kif daħal rapport li seta' kien hemm splussiv taħt xi karozzi fi Triq il-Qasab, madanakollu t-tfittxija nfirxet ukoll fi Triq Santa Liena.

Minnufih ġew infurmati l-membri tal-EOD li immedjatament bdew it-tfittxija.

More in Kronaka