Ħaddiem ferut waqt li kien qed jaħdem b'magna ġo fabbrika

Il-każ seħħ dalgħodu fiż-żona industrijali ta' Ħal Far

Raġel qed isofri minn ġrieħi gravi wara li weġġa’ waqt li kien qed jaħdem fuq magna ġo fabbrika f’Ħal Far.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-6:20am, fil-fabbrika li tinsab fiż-żona industrijali.

Fuq il-post issejħu l-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili li għenu biex ikun salvat ir-raġel li għandu 53 sena u residenti l-Isla.

Tim mediku ħadu minnufih Mater Dei.

More in Kronaka