Mara titlef ħajjitha f'Birkirkara

Persuni li jinsabu fuq il-post qalu li l-katavru tal-mara jinstab fuq il-bankina u għadu mhux magħruf kif mietet

Is-sit illum.com.mt jinsab infurmat li mara, li l-identità tagħha għadha mhux magħrufa, tilfet ħajjitha fi Triq Ganu f'Birkirkara.

Għalissa għadu mhux magħruf kif mietet. Hu mifhum li l-mara ma kinitx ilha ħafna li mietet hekk kif minn din it-triq jgħaddu diversi karozzi, persuni u residenti.

Tant hu hekk li kien hemm persuni li marru jagħtuha l-ewwel għajnuna iżda kienet diġà mejta.

Persuni li jinsabu fuq il-post u li tkellmnu ma' dan is-sit qalu li l-katavru tal-mara jinsab fuq il-bankina, kif jixhed ukoll ir-ritratt.

More in Kronaka