Jekk xtrajt dan iċ-ċereali...tiklux!

Avviż mill-Awtoritajiet tas-Saħħa Pubblika biex ma jkunx ikkunsmat dan il-prodott partikolari...

Iċ-ċereali li qed jitneħħew
Iċ-ċereali li qed jitneħħew

Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika jixtieq jinforma lill-pubbliku li, wara informazzjoni li rċieva dan id-Direttorat permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat minħabba li potenzjalmet huwa kkontaminat bil-mikrobu Bacillus cereus.

Isem tal-prodott:

Mix 5 Cereali precotti

Ditta:

In forma Carrefour

Numru tal-lott:

290220

Data tad-durabbilita`:

29/02/2020

Użin:

500g

Peress li l-kumpanija involuta rrapurtat li parti mill-konsenja laħqet nxtrat mill-konsumatur, dan id-Direttorat qiegħed joħroġ dan l-avviż.

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq [email protected]. Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess Direttorat li jinsab ġewwa Continental Business Centre, Old Railway Track, Santa Venera. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-Directorate-Malta/145027878928626?ref=hl jew is-sit uffiċjali fuq https://deputyprimeminister.gov.mt/en/environmental/Pages/Home-Page.aspx għal informazzjoni simili.

 

More in Kronaka