Mara li kienet mistiedna għal tieġ ingħatat il-libertà kundizzjonata wara li serqet €700 f'rigali fi flus kontanti mill-istess tieġ. Il-mara iżda tat lura l-flus, wara li kienet identifikata bħala l-persuna li serqet il-flus.
L-akkużata, żgħażugħa ta' 28 sena dehret quddiem il-Maġistrat Monica Vella u kienet akkużata b'serq f'lukanda f'San Pawl il-Baħar.
Kienet akkużata wkoll li kissret il-kundizzjonijiet tal-libertà ikkundizzjonata mogħtija lilha fl-2016, fuq akkużi ta' serq ukoll.
Hija ngħatat piena ta' libertà kkundizzjonat għal tliet snin.