'Qegħdin naħdmu biex inrawmu bidla fil-kultura Maltija'
Jitnieda s-servizz car-sharing GoTo b'investiment ta' aktar minn €8 miljun
More in Kronaka
Jitnieda s-servizz car-sharing GoTo b'investiment ta' aktar minn €8 miljun
Illum, il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg ippresieda t-tnedija tas-servizz tal-car-sharing GoTo.
Dan is-servizz hu operat minn Car Sharing Services Malta Ltd u hu r-riżultat ta’ ftehim iffirmat lejn l-aħħar tas-sena l-oħra bejn CARTOGO Israel u Transport Malta, liema investiment jammonta għal iktar minn €8 miljun u jinkludi flotta ta’ 150 vettura tal-elettriku kif ukoll l-installazzjoni ta’ 450 punti fejn wieħed jista’ jiċċarġja vettura tal-elettriku.
Is-servizz għandu wkoll faċilitajiet għal parkeġġ imqassmin f’40 lokalità strateġika fl-ibliet u fl-irħula f’Malta u f’Għawdex.
“Dan l-investiment f’din il-flotta ta’ karozza elettriċi kif ukoll fiċ-charging pillars se jgħinu lil pajjiżna jilħaq il-miri tal-EU2020”, spjega l-Ministru.
Dan is-servizz hu ġdid għal pajjiżna u flimkien ma’ servizzi oħra eżisenti tal-bike sharing u tal-motorbike sharing, se jipprovdi opportunità lin-nies biex jagħmlu użu minn mezzi tat-trasport aktar nodfa.
Ian Borg spjega wkoll li servizz bħal dan għandu jservi biex jinkoraġġixxi lin-nies biex jaqsmu l-użu tal-vettura minflok jixtru karozza ġdida jew it-tieni karozzaĦafna diġà rreġistraw għas-servizz li beda madwar ġimagħtejn ilu u ġew ukoll reġistrati madwar 1,100 vjaġġ bil-flotta elettrika. Dawn in-numri jagħtu indikazzjoni li dan is-servizz innovattiv għandu jkun ta’ suċċess.
“L-introduzzjoni tas-servizz nazzjonali tal-car-sharing hu parti mill-impenn tal-Gvern favur il-kunċett tal-intermodalità li qed jiġi implimentat fil-gżejjer tagħna. Meta noffru lill-komunitajiet il-possibilità li tagħżel bejn diversi modi ta’ vjaġġar, inklużi tal-linja, il-ferries, car-sharing, bike sharing, motorcycle sharing, fost oħrajn, inkunu qed inkomplu nwettqu l-pjan ħolistiku tal-Gvern biex inkomplu nimbuttaw il-kunċett tal-intermodalità fil-kultura ta’ pajjiżna," saħaq Borg.
Żied jgħid li, "meta l-poplu jkollu alternattivi oħrajn lil hinn mill-karozza privata, ikun hemm aktar ċans li l-karozza privata ma tintużax. Il-Gvern ħadem biex itejjeb is-servizzi tat-trasport pubbliku u n-numri qegħdin juru li qed nilħqu dan l-objettiv. Issa qed naħdmu biex inrawmu bidla fil-kultura," sostna Borg.