Kmieni dalgħodu, għall-ħabta tas-1:00 am, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm persuna midruba fi Triq Nazzjonali, il-Ħamrun.
Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari illi sar, irriżulta li raġel ta’ 55 sena residenti Birżebbuga allegatament safa’ agredit minn xi persuni waqt li kien mixi fl- imsemmija triq.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Għall-ewwel, il-vittma kien qiegħed isofri minn ġrieħi serji iżda wara qaleb għall-aħjar u ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
Minn investigazzjonijiet ulterjuri illi saru, il-Pulizija identifikat żewġ persuni li x’aktarx kienu involuti f’dan l-argument u għaldaqstant ġew miżmuma għal aktar stħarriġ.
Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr J. Mifsud LLD li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl- inkjesta li ġiet appuntata.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.