Raġel ta' 44 sena safa ferut b'daqqa ta' arma li taqta' u bil-ponta f'Paceville.
Sorsi li mill-Isptar Mater Dei, li tkellmu ma' dan is-sit, qalu li r-raġel iddaħħal l-Isptar ferut b'daqqa ta' sikkina f'għonqu, għalkemm ma jidhirx li weġġa' gravi tant li nħareġ dalgħodu.
Jidher, li r-raġel, Somalu u li huwa residenti ż-Żebbuġ, mar minn jheddu fl-Għassa tal-Pulizija, imċappas bid-demm, biex jirrapporta.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-siegħa u nofs.
L-allegat aggressur mhux magħruf għadu ma nqabadx.