Inċident fil-Mellieħa jħalli raġel miż-Żejtun bi ġrieħi gravi

L-inċident seħħ dan il-lejl għall-ħabta tal-10:30 pm u l-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja

Ilbieraħ, għall-ħabta tal-10:30 pm il-Pulizija ġiet infurmata li kien seħħ inċident ġewwa Triq Selmun, il-Mellieħa. 

Il-Pulizija tad-distrett marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li raġel ta’ 36 sena residenti ż-Żejtun, tilef il-kontrol tal-mutur tat-tip Ducati Monsterli kien qiegħed isuq u waqa’.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei għall-kura, fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi. 
L-investigazzjoni tal-Pulizija rigward dan l-inċident għadha għaddejja. 
 
 

More in Kronaka