Żewġ żgħażagħ ta’ 19 u 18-il sena ddaħħlu l-isptar wara inċident tat-traffiku fi Triq il-Perit Dom Mintoff f’Raħal Ġdid.
Mill-ewwel informazzjoni jirriżulta li għall-ħabta tal-10:40 tal-bieraħ filgħaxija seħħet ħabta bejn vettura misjuqa minn żagħżugħ ta’ 19-il sena minn Ħal Qormi u karozza misjuqa minn żagħżugħ ta’ 18-il sena minn Ħal Qormi wkoll.
Jidher li mal-impatt, waħda mill-vetturi ħabtet ukoll ma’ siġra, bil-magna titqaċċat minn mal-bqija tal-vettura.
Iż-żagħżugħ ta’ 19-il sena qed isofri minn ġrieħi gravi filwaqt li ż-żagħżugħ l-ieħor sofra ġrieħi ħfief.