Raġel ta’ 47 sena mill-Pakistan dalgħodu weġġa’ gravi wara li għal xi raġuni jew oħra waqaw xi briks fuqu waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħol ta' kostruzzjoni.
Kien għall-ħabta tal-10:40 a.m, meta l-Pulizija ġiet infurmata li hemm bżonn lassistenza tagħha ġewwa Triq Sant’Antnin, Ħaż-Żabbar.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.