Illum, għall-ħabta tas-2:30 pm il-Pulizija ġew infurmati li kien weġġa’ persuna ġewwa il-Powerstation f’Delimara. Minn investigazzjonijiet preliminari li saru, irriżulta li r-raġel li għandu 45 sena residenti ż-Żejtun weġġa’ wara li waqa’ minn fuq sellum waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħol. Huwa waqa’ minn għoli ta madwar metru u nofs. Fuq il-post issejħu membri mill-Protezzjoni Ċivili u tim mediku li permezz t’ambulanza ħadu lir-raġel l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr G. Vella LLD li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.