Raġel ingħata sentenza sospiża ta’ ħabs wara li kkawża feriti ħfief fuq is-sieħba tiegħu waqt argument li qam bejnienthom lejlet il-Milied.
Ir-raġel, Ingliż residenti Birżebbuġa, tressaq akkużat li weġġa’ lill-mara. Huwa kien wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.
Fid-deċiżjoni tagħha, il-Qorti nnutat kif dan kien l-ewwel argument tal-koppja iżda li d-daqqiet li kellha ma kinux żgħar.
Għalhekk wara li kkunsidrat il-fatt li r-raġel wieġeb ħati u anke għax il-kondotta tiegħu kienu nadifa, tatu sentenza ta’ tliet xhur ħabs sospiża għal 18-il xahar.
Huwa kien ordnat ma jdejjaqx lill-vittma u jekk fi żmien sena jikser din l-ordni, tiġi kkonfsikata garanzija ta’ €500.
L-akkużat informa lill-Qorti li se jkun qed jirritorna r-Renju Unit.