Il-każ seħħ dalgħodu fi Triq ir-Repubblika
Raġel qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqa’ għoli ta’ madwar sular waqt xogħlijiet li kien qiegħed jagħmel f’każin fil-Belt Valletta.
Il-każ seħħ għall-ħabta tad-9:30am fi Triq ir-Repubblika.
Jidher li r-raġel, li għandu 52 sena, residenti l-Belt stess, kien qiegħed fuq scaffolding fuq ġewwa tal-każin meta għal xi raġuni waqa’ għal isfel.
Huwa ttieħed immedjetamant Mater Dei biex jingħata l-kura.