Raġel ta' 61 sena isofri ġrieħi gravi f'sit ta' kostruzzjoni

L-inċident seħħ kmieni waranofsinhar fl-Imsida

Illum, għall-ħabta tas-1:00p.m kien hemm bżonn l-assistenza tal-pulizija ġewwa sit ta’ kostruzzjoni fl-Imsida. 

Il-Pulizija marru minnufih fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li raġel ta' 61 sena safa’ ferut wara li għal xi raġuni waqa’ xi blat fuqu waqt li kien qegħed f'dan is-sit ta' kostruzzjoni. 

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 
 
 
 
  
 
 

More in Kronaka